April 24, 2019

How Soon Is Now?


I am human and I need to be loved, just like everybody else does.”

M’intomx ħa titbissmu wisq intom u taqraw ir-rakkont ġej. Bħalma ġralkom ta’ spiss fl-anedotti preċedenti tas-snin l-imgħoddija. Avolja f’dawn iż-żminijiet, f’dinja li qisha bdiet titlef rasha, tbissima tinżillek għasel.

Iżda dan mhux ħin in-nejk. Serrħu raskom.

Qed nistħajjilkom tgħidu: biex int ħiereġ dalgħodu, Gallo? Iżda qed nissoponi li ma’ tmiem din il-ġrajja ħa jkun hemm varjetà ta’ reazzjonijiet: mix-xokk għal kif seħħew l-affarijiet għas-sorpriża li dawn l-affarijiet jiġru propju madwarna;  għall-konferma ta’ min jieħu gost jingħata raġun li ilu jgħidhom dal-affarijiet; u finalment għal kundanna ta’ min it-tolleranza huwa kunċett aljen għalih/a. Biex inkun onest l-ebda waħda minn dawn ma tikkonċernani wisq. Ħlief li forsi nibdew niftħu għajnejna. Qabel ikun tard wisq, sakemm mhux diġà tard wisq. 

Imma ejja ma ntawwalx aktar. Erġajt irxuxtajt dan il-blog għaliex ma stajtx nagħżel aktar l-arma tas-silenzju, propju fi żmien il-festi tal-Għid, quddiem xi ħaġa li tolqotni direttament: ir-rispett. Il-ġimgħa l-oħra nżertajt jumejn infila frank – anke għaliex kont għadni ġej minn jiem sħaħ ta’ xogħol bla waqfien kemm fuq il-każ tal-qtil doppju f’Ħal-Għaxaq u anke l-omiċidju tal-immigrant Ganjan f’Ħal-Safi – u qtajtha li jkun tajjeb li nibda nagħmel passejn xi mkien għall-kwiet (possibilment ‘il bogħod mill-istorbju ta’ nies u vetturi). Wara kollox id-Dott ilu jgħidli li għandi bżonn nieħu ħsieb saħħti għaliex it-tipjip u l-kolesterol huma fuckers. Li jirbħulek dejjem.

“Imqar nofs siegħa, Vic! Tgħidlix li ma ssibx nofs siegħa ċans f’ġieh Kristu,” dejjem jgħidli. Imbagħad jippuntali lejn żaqqi biex iwassal l-punt tiegħu b’aktar determinazzjoni. 

Għalhekk ħtaftu fil-kelma u kull ftit ċans liberu, naqbad il-Consul u nerħilha għal xi rokna madwar il-gżira u nqatta’ dawk it-tliet kwarti ma naħseb f’xejn ħlief fil-mużika li jkolli għaddejja f’widnejja. L-Erbgħa li għaddew fettilli mmur Ta’ Qali. Ħallejt il-karozza fejn is-sub-station tal-Enemalta u qbadt miexi mit-triq ta’ maġenb fejn qabel kien il-Flower Power. It-tir tiegħi kien li ndur id-dawra kollha minn fejn jarma s-suq għal maġenb l-ex-ajrudromm indur mal-Grawnd Nazzjonali imbagħad lejn l-Ambaxxata Amerikana u ninżel minn ħdejn il-Pitkalija u lura għall-Consul.

Ma kienx ili aktar minn għaxar minuti miexi, żgur. Meta bejn diska u oħra nisma’ bħal lamenti ta’ xi ħadd bħallikieku muġugħ. Ħarist madwari iżda ma lmaħt lil ħadd. Tgħid kont smajt ħażin? Malli rġajt middejt il-pass din id-darba l-għajta ta’ “Help!” kienet ċara daqs il-kristall. Neħħejt il-headphones u bdejt ngħarrex lejn minn fejn kien mingħalija li smajt il-krib. F’passaġġ dejjaq bejn żewġ għelieqi u moħbi wara vann abjad (li aktar tard kelli nsir naf li kien ta’ bidwi li kien ipparkjah hemm bil-lest għal filgħaxija ħalli jgħabbieh bil-kannestri tal-ful), insib żagħżugħ – kemm seta’ kellu tmintax-dsatax? – stendut mal-art. Wiċċu minfuħ kien mimli dmija (stħajjiltu l-Aċċjomu biex ngħidilkom il-verità), deher muġugħ u jżomm ġenbejh. Kif rani tkaxkar iktar ‘il ġewwa daqslikieku beża’ li ħa nkompli fejn ħallew ta’ qabli. Għajnejh mimlijin terrur. Sinjali klassiċi t’aggressjoni.

“I am a police officer, don’t worry,” ippruvajt inserraħlu rasu. Għedtlu ismi u wrejtu l-badge imbagħad il-mobile bħalbiex nagħtih x’jifhem li qiegħed hemm biex ngħinu. Sa fl-aħħar ikkalma. Saqsejtu x’jismu, minn fejn ġej u kif skontu  seħħew il-fatti.  

Ċempilt 112 għal ambulanza u spjegajtilhom x’inhi s-sitwazzjoni u l-bqija. Weġbuni li f’temp ta’ ftit minuti kellha tasal mill-Poliklinika tal-Mosta. Sadanittant newwilt il-flixkun tal-ilma tiegħi (għadu ssiġġillat)  lil Salomon, Kamerunjan ilu Malta mill-elfejn u erbatax meta kellu biss tlettax-il sena u wasal hawn m’ommu via d-deżert Saħara u l-kosta Libjana, u serraħtlu rasu li minn dak il-mument ‘il quddiem kien f’idejn tajba. 

Salomon Njoumbju kien qed isuq ir-rota għall-affari tiegħu biex imur għax-xogħol ma’ kumpanija ewlenija tal-inbid f’waħda mid-dwieli li hawn fl-akkwati. Karozza blu ta’ għamla Renault Megane – din l-informazzjoni ksibnieha minn kameras imwaħħlin fiż-żona – rassitu sakemm waqqgħetu minn fuq ir-rota. Minnha niżlu tlett irġiel, lebsin brieret stil basketball, u armati sa ruħ ommhom b’mazez tal-baseball. Fost ħafna tgħajjir u nsulti, kif ukoll stediniet biex jitlaq lura pajjiżu mnejn ġie, wieħed beda jżommu filwaqt li l-oħrajn bdew ituh b’kemm kellhom saħħa. Dan kollu għax iswed.

Demmi sar ilma. Sirt qisni kelb ifferuċjat.

Dan kollu għax iswed. Dan kollu għax barrani u mhux Malti. Ma kien qed jagħti fastidju lil ħadd. Kien sejjer jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum biex jitħallas il-boqxiex f’xogħol li l-patrijotti Maltin ma jridux jagħmlu. Dan huwa l-wirt li rridu nħallu lil uliedna? Din hija ż-żerriegħa li rridu nixħtu fil-ħamrija tal-ġejjieni? Jewwilla ma tgħallimniex biżżejjed li l-mibgħeda tiżra’ aktar mibgħeda u jekk inħallu kollox għaddej ikollna kaos? Tidħol Facebook u tara nies – li suppost jafu aħjar u tistenna aħjar minnhom – jitkellmu fuq il-proxxmu daqslikieku huwa biċċa imbarazz. Hija ħasra li dawn qed jiżdiedu. U għalhekk ma stajtx nagħżel aktar l-arma tas-silenzju. 

Qabel tlaqt minn ħdejh f’Mater Dei wegħedtu li m'iniex ħa noqgħod kwiet qabel insib lil dawn it-tliet kriminali. 

U appuntu ġimgħa wara: qiegħed ġol-Consul ipparkjata żewġ karozzi ‘l bogħod, fl-aktar triq traffikuża ta’ Birkirkara, minn Megane blu li minnha niżlu tliet persuni, lebsin il-brieret eżatt kif iddeskriviehom Salomon, sabiex jixtru l-pastizzi.

Inqabbad sigarett, ninżel mill-Consul u nerħilha għal warajhom ...
 

4 comments:

  1. Ħajti ġiet meqruda meta r-raġel tiegħi bagħtilni l-ippakkjar, wara 13-il sena ilna flimkien. Jien kont mitluf u bla saħħa wara li ppruvajt bosta modi biex inġib lura lili r-raġel. Ġurnata waħda fuq ix-xogħol, kont distratt, ma kontx naf li l-imgħallem tiegħi ċempilli, allura hu qagħad u staqsieni dwar xiex inhu, qaltlu u tbissem u qal li ma kienx problema. Qatt ma fhimt xi ried ifisser biha ma kien hemm l-ebda problema biex terġa 'lura lil raġel tiegħi, huwa qal li uża jespliċitaw biex jirritorna lil martu meta ħallietu għal raġel ieħor, u issa huma flimkien sad-data, u inizjalment, kont ixxukkjat nisma' xi ħaġa mill-imgħallem tiegħi. Huwa tani indirizz elettroniku ta 'DR ODION, li għenu biex iġib lura lil martu, jien qatt ma emmint li dan jaħdem, imma ma kelli l-ebda għażla li niġi f'kuntatt mal-kliem li nispiċċa, u talab l-informazzjoni tiegħi u li ir-raġel tiegħi seta 'jipproponi li jitfagħlu l-isplużjoni u jien bgħattlu d-dettalji, imma wara jumejn, ommi ċemplitli li r-raġel tiegħi kien qed jitlob li jridni lura, jien qatt ma emminni, għax kienet biss ħolma u jien kelli niġri lejn il-post ta 'ommi u għall-akbar sorpriża tiegħi, kien għarkubbtejt lil raġel tiegħi jitlobli maħfra li jridni lili u lit-tifel lura d-dar meta tajt lil DR ODION konversazzjoni dwar bidla f'daqqa ta' raġel tiegħi u hu għamilni ċar li r-raġel tiegħi se jħobbni sal-aħħar tad-dinja, li hu qatt ma jitlaq għal mara oħra. Issa jien u r-raġel tiegħi erġajna flimkien u bdejna nagħmlu affarijiet tad-daħk li ma għamilx qabel, jagħmilni ferħan u nagħmel dak li suppost tagħmel bħala raġel mingħajr ma jdejjaq. Jekk jogħġbok jekk għandek bżonn għajnuna ta 'kwalunkwe tip, jekk jogħġbok ikkuntattja lil DR ODION għall-għajnuna. L-email tiegħu hija (drodion60@yandex.com) jew ċempel +2349060503921 JEW ukoll fuq WhatsApp.

    ReplyDelete
  2. IL-MILIED IT-TAJJEB KULHADD!
    Id-dwejjaq ma jispiċċa qatt, imma jinbidel, Kull livell li jmiss ta’ ħajjitna se jitlob verżjoni differenti minna, kultant in-nies ta’ madwarek ma jifhmux il-vjaġġ tiegħek, agħmel dak li jġiegħlek tiddi r-ruħ tiegħek, kollox grazzi għal Dr lomi, li ġab il-ferħ lura għal ħajti billi tgħinni biex insalva ż-żwieġ tiegħi, jekk għandek bżonn xi parir dwar ir-relazzjoni li jista 'jgħinek terġa' lura ż-żwieġ jew il-maħbub tiegħek lura tinsistix lil WhatsApp Dr lomi permezz tan-numru tat-telefon tiegħu, +2349034287285 Jew E-mail; LOMIULTIMATETEMPLE@gmail.com għandu s-setgħa li jerġa' jġib ir-relazzjoni miksura.

    ReplyDelete
  3. L-imħabba qatt ma taqta qalbek, qatt ma titlef il-fidi, hija dejjem tama, u tissaporti f’kull ċirkustanza. Nagħti lil Alla l-glorja kollha talli ddaħħal lil Dr Ige Ajayi, f'ħajti talli għenuni lura lil marti li ddivorzjatni għal sena. Jien kont l-aħħar persuna fid-dinja li aċċetta l-fatt li l-perjodi jeżistu jew jaħdmu mhux qabel ma ġejt riferut għand Dr Ige Ajayi, fuq l-internet lil min għen lil tant nies bil-perjodi qawwija tiegħu. Ma kellix għażla oħra ħlief li nipprova għax 3 xhur wara d-divorzju, ġejt degradat fil-post tax-xogħol tiegħi minħabba dipressjoni għax ma nafx x'għandi nagħmel biex inġibha lura imma nirringrazzja lil Alla llum talli użajt lil Dr. Ige Ajayi biex nikseb il-kuntentizza tiegħi u nħobb il-ħajja lura fi żmien 48 siegħa. Proprju l-ġimgħa li għaddiet hawn, ġejt promoss lura għall-pożizzjoni tiegħi u jien hawn biex naqsam l-esperjenza tiegħi stess ma’ dan ir-raġel imsejjaħ Dr Ige Ajayi. Ma nafx minn xiex qed tgħaddi llum imma naf li f’kull sitwazzjoni dejjem hemm mod kif toħroġ. Dr, Ajayi, jipprepara wkoll perjodi bħal Lotterija jespliċitaw, jespliċitaw xogħol, jespliċitaw biex iwaqqaf id-divorzju, jespliċitaw kura għal kwalunkwe mard, jespliċitaw protezzjoni, jespliċitaw biex isiru suċċess u sinjuri E.T.C. Kuntatt E-mail drigeajayi@gmail.com. Telefon/Whatsapp +2348057393990

    ReplyDelete
  4. Ħajti spiċċat meqruda meta żewġi bagħatni nippakkja, wara 17-il sena li ilna flimkien. Kont mitluf u bla sahha wara li ppruvajt tant modi biex ir-raġel tiegħi jeħodni lura. Ġurnata waħda fuq ix-xogħol, kont assenti li ma kontx naf li l-imgħallem tiegħi kien qed isejjaħli, għalhekk qagħad bilqiegħda u staqsieni x'kienet. Għidtlu u tbissem u qal li ma kinitx problema. Qatt ma fhimt x'ried ifisser li ma kinitx problema biex nerġa' lura lir-raġel, qal li uża splell biex iġib lil martu lura meta ħallietu għal raġel ieħor u issa huma flimkien sal-lum u għall-ewwel kont ixxukkjat nisma' ħaġa bħal din mill-imgħallem tiegħi. Huwa tani indirizz elettroniku ta 'l-caster spell kbir li għenu jġib lil martu lura, qatt ma kont nemmen li dan se jaħdem imma ma kelli l-ebda għażla ħlief li nagħmel kuntatt mal-caster spell li għamilt, u talab għall-informazzjoni tiegħi u dak tar-raġel tiegħi biex ikun jista' jitfa' s-sell u bgħattlu d-dettalji, imma wara jumejn, ommi ċempilli li r-raġel tiegħi ġie jitlob li jridni lura, qatt ma emmint għax kienet biss bħal ħolma u jien Kelli niġri lejn il-post ta' ommi u għall-akbar sorpriża tiegħi, ir-raġel tiegħi kien għarkopptejh quddiemi jitlob maħfra li jrid lili u lit-tfal lura d-dar, imbagħad tajt lil DR IREDIA sejħa dwar bidla f'daqqa ta' żewġi u għamilha ċar għalija li r-raġel tiegħi se jħobbni sal-aħħar tad-dinja, li qatt mhu se jitlaqli minn għajnejja. Issa jien u r-raġel erġajna erġajna flimkien u bdejna nagħmlu affarijiet pjaċevoli li ma għamilx qabel, jagħmilli ferħan u jagħmel dak li suppost jagħmel bħala raġel mingħajr ma nżanża. Kollox grazzi lil DR IREDIA. Jekk għandek bżonn għajnuna dwar iż-żwieġ, ġentilment ikkuntattja lil DR IREDIA għall-għajnuna. Tista' tilħaqh permezz ta' email:drirediaherbalhome@gmail.com Huwa bniedem ta' min joqgħod fuqu.

    ReplyDelete