October 4, 2014

Tentufiet (Windsor Thoughts)

Ilni biex nikteb kelmtejn għomor imma dejjem sibtha iebsa nara kif il-ġiżualla ħa nibda. U fuq kollox fejn. Fuq Facebook kont nispiċċa ninduna li ma jifhmux x'irrid ngħid. Mill-bqija fejn stajt iżjed? Sakemm darba ħabib tiegħi, li xtaq jibqa' anonimu għax qal li kull darba li semmejtu ġibtu fil-ħara, semmieli l-idea tal-blogg. Fuq grokk u tnejn u tlieta għedtlu xi ġrali - issa ngħidilkom, tibżax, daqsxejn paċenzja ħaqq - u dlonk qalli: "Għandek tant nies isegwuk, għaliex ma tiktibx pubblikament u żgur issib min jgħinek."

Kif il-madonna ma ħsibthiex qabel?

Mil-lum -il quddiem ħa nibda naqsam magħkom ġrajjiet strambi, tentufiet personali u każijiet mhux tas-soltu
li bdew iseħħuli riċentament (u ninsab ċert li b'dir-rata ħa jibqgħu b'mod frekwenti) u forsi flimkien insibu tarfhom.

Sadanittant ibdew xerrdu l-kelma ta' Gallo, għax Gallo is here to stay.

2 comments:

  1. Looking forward to reading about Gallo's sex life.....

    ReplyDelete
  2. Ommi għallmitni ma nperriċx il-ħwejjeġ barra kif ġie ġie. Stenn ... jew Mintoff kien dak?

    ReplyDelete